Dak li forsi għall-ewwel deher impossibbli, cioe’ li wieħed ikompli jgħallem drama u żfin anki b’mod virtwali, illum sar rejalta’ hekk kif il-korsijiet kollha tal-Malta School of Drama and Dance fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli lkoll qegħdin isiru b’dan il-mod. Dawn jinkludu drama, musical theatre u ħames dixxiplini ta’ żfin: ballet, flamenco, freestyle, street dance u middle eastern and oriental dance.